Religjon Malta

Only available on StudyMode
  • Pages : 4 (1477 words )
  • Download(s) : 453
  • Published : February 6, 2011
Open Document
Text Preview
Tutorial 4: Il-Liturgija hi l-quccata li lejha timxi l-hidma tal-Knisja u fl-istess waqt l-ghajn li minnha gejja kull qawwa taghha. (Sc 10). Iddiskuti din is-silta tad-Dokument tal-Koncilju fid-dawl tan-natura tal-Liturgija u tal-ghanijiet taghha.

Minn meta, nhar Ghid il-Hamsin, il-Knisja dehret fid-dinja, hija bdiet turi lil Kristu permezz tal-Liturgija, “sa ma jigi” (1 Kor 11, 26). U Kristu baqa’ jghix u jahdem mal Knisja tieghu permezz tas-sagramenti. Dan, fit-tradizzjoni, jissejjah “lEkonomija Sagramentali”, jigifieri t-tqassim tal-frott tal-Misteru tal-Ghid, ficcelebrazzjoni tal-liturgija sagramentali tal-Knisja. “Imbierek Alla u Missier Sidna Gesu’ Kristu, li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali, fis-smewwiet fi Kristu” (Ef 1, 3). It-tberik hu hidma ta’ Alla l-Missier li jaghti: hu kelma u don. Meta nghiduh ghall-bnedmin, it-tberik ifisser adorazzjoni u ghotja taghna nfusna b’radd ta’ hajr lil Alla l-Hallieq. Il-kittieba ispirati wrew ilhidma ta’ Alla bhala barka. Fil-bidu, Alla bierek il-hlejjaq hajjin, specjalment ilbniedem. Il-Patt ma’ Noe’ u mal-hlejjaq l-ohra geddew din il-barka. Izda minn Abraham, il-barka ta’ Alla tidhol fil-grajja tal-bnedmin: ma’ Abraham, “missier dawk li jemmnu”, li laqa’ l-barka ta’ Alla, tibda l-grajja tas-salvazzjoni. Il-barkiet ta’ Alla jidhru bhala ghemil tas-salvazzjoni: it-twelid ta’ Izakk, il-hrug mill-Egittu, id-dhul flart imweghda, il-prezenza ta’ Alla fit-tempju, l-ezilju (bhala tisfija tal-poplu) u ritorn tal-“fdal ckejken”. Il-Ligi, l-Profeti, u s-Salmi jfakkru dawn il-barkiet ta’ Alla u jwiegbu b’barkiet ta’ tifhir u radd il-hajr. Fil-Liturgija tal-Knisja, l-Missier jingharaf u jigi meqjum bhala l-bidu u t-tmiem tal-barkiet kollha: l-Iben jimliena bil-barkiet tieghu bhala feddej; u l-Ispirtu s-Santu jinghata lilna bhala d-don fi qlubna. Ghalhekk fil-Liturgija, min-naha l-wahda l-Knisja, f’ghaqda ma’ Kristu u mqanqla mill-Ispirtu s-Santu tbierek ‘l Alla b’adorazzjoni, tifhir u radd il-hajr. Min-naha lohra, hija...
tracking img